Raġel inqatel b’tiri f’Oregon waqt li kien qiegħed f’attività tal-massa mtella’ minn-nies li jappoġjaw lill-President Amerikan Donald Trump. Ir-raġel, li huwa ta’ karnaġġjon abjad, inqatel meta l-partitarji ta’ Trump ltaqgħu ma’ dimostranti tal-Black Lives Matter.
Il-pulizija Amerikana għadha ma tatx informazzjoni dwar l-identità tar-raġel u lanqas ma spċifikaw jekk l-isparatura hix marbuta mal-ġlieda bejn iż-żewġ gruppi.
It-toroq ta’ Portland ilhom ikkaraterizzati bi protesti kontra l-brutalità tal-pulizija fuq persuni ta’ karnaġġjon skur għal diversi ġimgħat imnebbħa mill-mewt ta’ George Floyd f’Mejju li għadda.