It-tiri sparati mill-Pulizija li ħasdu l-ħajja ta’ Daunte Wright ta’ 20 sena kien inċident.
Hekk stqarr il-Kap tal-Pulizija Tim Gannon waqt konferenza tal-aħbarijiet.
Gannon, spjega kif l-uffiċjal tal-pulizija riedet tuża pistola li tagħti x-xokkijiet, iżda tfixklet u minflok qabdet pistola oħra u sparat tiri li qatlu liż-żagħżugħ.
Il-mewt ta’ Wright qanqal prostesti, tant li l-awtoritajiet sejħu biex in-nies jibqgħu maqfula f’darhom.