Ħames ħaddiema f’ċentru għall-ħarsien tat-tfal ġew akkużati b’abbuż tat-tfal wara li beżżgħu bosta tfal wara li libsu maskri tal-Halloween.
Dan seħħ f’ċentru f’Mississippi l-Amerika.
Bosta ġenituri raw il-filmati li tellgħu online tal-ħaddiema jbeżżgħu lit-tfal. Fil-filmat, iċ-ċkejknin nstemgħu iwerżqu u jixgħeru bil-biża’.
Erbgħa mill-ħames impjegati qed jaffaċċjaw tliet akkużi ta’ abbuż fuq it-tfal, filwaqt li l-ħames wieħed qed jiġi mixli li naqas milli jirrapporta l-abbuż.
Sid iċ-ċentru tal-ħarsien tat-tfal qalet li keċċiet lill-impjegati involuti, żiedet tgħid li hi saret taf b’dak li ġara meta rat il-filmati online.
Id-dipartiment tas-Saħħa tal-Istat ta’ Mississippi qed jinvestiga dan il-każ.