L-Amministrazzjoni Amerikana tal-Ikel u l-Mediċina, l-FDA, awtorizzat il-pillola Paxlovid tal-Pfizer kontra l-COVID-19.
Din hija l-ewwel pillola kontra l-COVID-19 li ġiet awtorizzata għal persuni li jkunu infettati bil-virus u rikoverati d-dar; u għalhekk, din il-pillola tnaqqas id-dħul fl-isptarijiet b’każijiet severi.
Persuni li għandhom aktar minn 12-il sena li jiżnu aktar minn 40 kilo u li għandhom test pożittiv għall-COVID-19 jistgħu jieħdu dan it-trattament permezz ta’ riċetta mingħand it-tabib tagħhom.
Fi stqarrija l-FDA tenniet li l-pillola għandha ttitieħed b’minn tal-inqas ħamest ijiem mindu jibdew is-sintomi.
Fil-fatt, il-ġimgħa li għaddiet Pfizer ħarġet riżultati li juru li jekk il-pillola tittieħed fi żmien qasir mindu jibdew is-sintomi, inaqqas ir-riskju ta’ dħul fl-isptar jew imwiet b’89%.