Eks uffiċjal tal-pulizija ta’ Minneapolis l-Amerika, J Alexander Kueng, intbagħat tliet snin u nofs ħabs għall-involviment tiegħu fil-qtil ta’ George Floyd.
Floyd kien inqatel mill-pulizija f’Mejju tal-2020 waqt li kien arrestat, dan il-każ kien qanqal rabja kbira madwar id-dinja kontra l-inġustizzja razzjali u l-użu tal-forza mill-pulizija fl-Amerika.
Kueng se jkun qed jiskonta din is-senenza flimkien mas-sentenza federali preċedenti dwar ksur ta’ drittijiet ċivili ta’ Floyd.
Intant, f’April tal-2021, l-eks uffiċjal tal-pulizija Derek Chauvin kien instab ħati għall-qtil involontarju fost oħrajn u kien ikkundannat 22 sena u nofs ħabs. Huwa qed jisskonta din is-sentenza ma sentenza oħra ta’ 20 sena fuq akkużi ta’ drittijiet ċivili, li għalihom kien wieġeb ħati f’Diċembru tas-sena li għaddiet.