Fl-Albanija nstab il-katavru ta’ Kristi Reci, l-għarusa tat-tifel tal-Prim Ministru Albaniż.
Hija kienet qed tistudja biex isir tabiba, iżda sfortunament il-pjanijiet li kellha għall-futur tarulha mar-riħ, kawża ta’ din it-traġedja.
L-Albanija ntlaqtet minn wieħed mill-agħar terremoti li laqtu lil pajjiż f’dan l-aħħar snin. Dan it-terremot immarka 6.4 fuq l-iskala richter.
S’issa tilfu ħajjithom 30 persuna u ndarbu 650.