Fir-raba’ kwart tas-sena li għaddiet, pajjiżna kellu t-tieni l-akbar tkabbir ekonomiku fiż-Żona Ewro.
Dan ħareġ minn statistika ppubblikata mill-uffiċċju tal-istatistika tal-Unjoni Ewropea, il-EUROSTAT.
Dan hekk kif bejn Ottubru u Diċembru li għadda Malta kellha tkabbir ta’ tnejn punt tlieta fil-mija.
L-unika pajjiż Ewropew li qabeż lil Malta kien l-Islovenja.
Hawnhekk ir-rata ta’ pajjiżna tiżboq sew ir-rata tal-medja tal-pajjiżi fiż-Żona Ewro. Dan hekk kif ir-rata ta’ Malta hija ta’ tnejn fil-mija iżjed mill-medja tal-pajjiżi fiż-Żona Ewro.
Hawnhekk pajjiżna għamel fost l-akbar tkabbir fl-Unjoni Ewropea meta mqabbel mal-istess perjodu fl-elfejn u għoxrin.
Dan filwaqt li l-istess statistika uriet kif fl-istess perjodu, jiġifieri bejn Ottubru u Diċembru tal-elfejn wieħed u għoxrin, pajjiżna kellu l-akbar tkabbir ta’ impjiegi fiż-Żona Ewro.
Dan hekk kif pajjiżna kellu żieda ta’ wieħed fil-mija fl-impjiegi.
Hawnhekk Malta ġiet l-ewwel fiż-Żona Ewropea, flimkien ma’ Spanja.
Ir-rata ta’ Malta hawnhekk tiżboq ir-rata tal-medja taż-Żona Ewro, b’nofs perċentwal.
Dan ikompli ma’ sensiela ta’ statiska pożittiva għal pajjiżna, wara li l-ġimgħa li għaddiet, statistika tal-NSO ħarġet kif is-sena li għaddiet il-ġid nazzjonali kien jiżboq b’nofs biljun ewro dak tal-2019 meta ma kienx hawn pandemija.
L-esperti tal-Kummissjoni Ewropea saħqu wkoll li din is-sena, l-ekonomija Maltija hija l-aktar waħda li se tikber fost l-istati membri kollha.