L-elezzjonijiet tal-Kunsilli Skolastiċi għall-2017/18 se jsiru nhar it-Tlieta 31 ta’ Jannar.
Kunsill li huwa magħmul minn President nominat mill-Ministru tal-Edukazzjoni, Segretarju/Teżorier – Il-Kap tal-iskola, 3 membri minn fost l-għalliema jew LSAs u 3 membri minn fost il-ġenituri/kustodji
Fost ix-xogħlijiet tal-Kunsill, jamministra l-fondi u l-assi tal-iskola, jiddiskuti l-kurrikulu u jagħmel suġġerimenti ta’ tibdil lill-Ministeru tal-Edukazzjoni, jiddiskuti problemi relatati mal-istudenti u jorganizza attivitajiet bi skop ta’ ġbir ta’ fondi.
Kunsill li fi kliem il-Ministru tal-Edukazzjoni Evarist Bartolo, jixpruna l-ħidma id f’id tal-ġenituri mal-edukaturi għall-ġid tal-istudenti.
In-nominazzjonijiet jiftħu fid-9 ta’ Jannar u jibqgħu miftuħa sat-18 tal-istess xahar.