Mit-Tlieta 30 ta’ Ġunju, se jiġu revokati l-aħħar restrizzjonijiet fosthom anki dwar il-limitu ta’ 75 persuna miġbura fi grupp.
F’avviż legali numru 243, il-Ministru għas-Saħħa u s-Supretendent tas-Saħħa Pubblika rrevokaw numru ta’ restrizzjonijiet li kien għad fadal wara l-imxija.
Fost dawn hemm ukoll il-ftuħ mill-ġdid tal-iskejjel.
Fil-fatt dawn se jiftħu jum wara għall-programm ta’ Skolasajf.
L-għada li jiġu revokati dawn ir-restrizzjonijiet se jiftaħ ukoll l-ajruport internazzjonali ta’ Malta għal 24 post u min-nofs Lulju, il-portijiet se jkunu miftuħa għad-destinazzjonijiet kollha.