Ġurnata biss ‘il bogħod mill-elezzjoni presidenzjali fl-Istati Uniti, iż-żewġ kandidati: Donald Trump u Joe Biden, komplew bl-aħħar tentattivi biex jikkonvinċu lill-votanti Amerikani.
Fl-aħħar ftit tal-kampanja Trump żar: North Carolina; Pennsylvania; Wisconsin u Michigan, filwaqt li Biden żar l-istat ta’ Pennsylvania bit-tama li jsaħħaħ il-vantaġġ fuq ir-rival tiegħu.
Din is-sena l-analisti tal-elezzjoni presidenzjali iddentifikaw l-istati ta’ Wisconsin, Michigan, Pennsylvania, Florida, Arizona, North u South Carolina bħala dawk l-istati li jistgħu jiddeterminaw din l-elezzjoni magħrufa bħala l-inswing states. Biden igawdi vantaġġ fuq Trump f’ħames stati minn sitta, b’Wisconsin ikun l-aktar stat li jiffavorixxi l-kandidat Demokratiku.
Trump igawdi vantaġġ fuq Biden fi stat wieħed mis-sitta li huma meqjusa ta’ importanza hekk kif il-vot jista’ jmur fuq naħa jew oħra. Il-President Amerikan igawdi vantaġġ ta’ 0.6 punti perċentwali fuq il-kandidat demokratiku, fl-Istat ta’ South Carolina..
Dawn l-istati se jkun taħt il-lenti waqt l-għadd tal-voti hekk kif il-kandidat li se jkun qed jokkupa l-ogħla kariga fil-WhiteHouse, jrid jikseb in-numru maġiku tal-270 jew aktar tal-voti tal-kulleġġ tal-eletturi.