Fl-aħħar kwart tas-sena l-oħra, pajjiżna kellu l-akbar tkabbir fl-ekonomija fost il-pajjiżi kollha taż-Żona Ewro.
Dan skont statistika maħruġa mill-uffiċċju tal-istatistika tal-Unjoni Ewropea, il-Eurostat.
Bejn Ottubru u Diċembru li għadda, ir-rata ta’ tkabbir tal-prodott domestiku gross ta’ Malta kienet ta’ 3.8%.
Fost il-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea imbagħad kienet biss ir-Rumanija li qabżet lil Malta.
Il-medja taż-Żona Ewro tar-rata tat-tkabbir ekonomiku kienet ta’ -0.7% filwaqt li l-medja Ewropea kienet ta’ -0.5%.
Din l-istatistika ssegwi tbassir tal-Kummissjoni Ewropea li jgħid li s-sena d-dieħla, pajjiżna se jkollu l-akbar tkabbir ekonomiku fl-Unjoni Ewropea.
Fuq twitter il-Prim Ministru Robert Abela laqa’ dawn l-aħħar riżultati inkoraġġanti għal Malta u qal li jekk kulħadd jibqa’ jsegwi l-miżuri tal-awtoritajiet tas-saħħa, flimkien mal-programm tat-tilqim, se nassiguraw li bħala pajjiż nirkupraw minn pandemija li laqtet lid-dinja.
@EU_Eurostat confirms that in the last quarter of last year #Malta had the highest #GDP growth in the Euro Area and the second highest in the #EU. If we follow the measures of our #Health authorities, this together with the #vaccination programme will ensure our #recovery – RA pic.twitter.com/4R6oOEgPfm
— Robert Abela (@RobertAbela_MT) March 9, 2021