Żvilupp importanti fil-Belt Sirjana Aleppo wassal biex għandhom ikunu evakwati ġellieda ribelli u persuni ċivili.
Iżda minkejja li karozzi tal-linja tal-Gvern daħlu fil-belt, dawn għadhom ma jistgħux jitilqu. Jingħad li l-Gvern Sirjan qed jitlob li jkunu evakwati wkoll ġellieda tiegħu li huma midruba u nies li huma minn bliet fil-viċin.
Ilbieraħ tul il-lejl tħabbar waqfien mill-ġlied f’Aleppo, għalkemm hemm attivisti li qed jirrapportaw li xorta kien hemm bombardamenti dalgħodu.
Ir-Russja, alleat tas-Sirja, qalet li l-armata Sirjana bdiet tattakka mill-ġdid wara li r-ribelli kisru l-ftehim għal waqfien mill-ġlied ftit wara li ntlaħaq.