Fl-aġġornament ta’ dalgħodu mis-Santa Sede intqal li Papa Franġisku kien għadda lejl ieħor trankwill u ta’ mistrieħ.
Il-Papa jinsab rikoverat fl-Isptar Gemelli sabiex jiġi trattat għall-bronkite u pnumonja severa, filwaqt li waqt aġġornament fi tmiem il-ġimgħa kien instab ukoll li kellu ftit insuffiċjenza renali li iżda kienet qiegħda taħt kontroll.
Fl-istqarrija tat-Tnejn filgħaxija, kien innutat li minkejja il-gravità tal-kundizzjoni tal-Papa, kien qed juri ftit sinjali ta’ meljorament għalkemm it-tobba xorta qed joqgħodu lura u jkunu kawti dwar il-pronjosi tagħhom in vista tal-komplessità tal-istampa klinika.