Fl-aħħar erbgħa u għoxrin siegħa l-Indja rrappurtat aktar minn tlett mitt elf każ ġdid ta’ Coronavirus, l-ogħla numru li qatt ġie rreġistrat f’jum wieħed mill-pajjiżi kollha tad-dinja.
Ir-rata tal-imwiet kawża tal-Covid-19 fl-Indja wkoll rat żieda qawwija, bl-aħħar numru ta’ mwiet ikun dak ta’ aktar minn elfejn persuna.
Fl-Indja s-sitwazzjoni fil-qasam tas-saħħa qed tiggrava ġurnata wara ġurnata hekk kif fl-aħħar xhur kien hemm nuqqas ta’ ossiġnu fl-isptarijiet filwaqt li ma hemmx ventilaturi biżżejjed għall-pazjenti pożittivi bil-Covid-19 li jiġu bżonnhom.
Bosta Kritiċi qalu kif il-Prim Ministru Indjan Narendra Modi, li impona lockdown nazzjonali f’Marzu tas-sena l-oħra, falla milli jipprepara għat-tieni mewġa u naqas milli jappella biex iċ-ċittadini jkunu viġilanti.