Fl-Afrika t’Isfel, tmien persuni jinqatlu u tlieta oħra jindarbu wara li xi rġiel armati sparaw fuqhom waqt li kienu f’festin.
Dan il-każ seħħ tard ilbieraħ wara nofsinhar meta raġel kien qed jiċċelebra għeluq sninu ma’ grupp ta’ nies f’daru, meta f’daqqa waħda żewġt irġiel daħlu f’daru u fetħu n-nar fuq dawk preżenti. Ir-raġel kien fost il-vittmi.
L-aggressuri għadhom mhux magħrufa, bil-pulizija għadha għaddejja bit-tfittxija għalih filwaqt li nfetħet invetigazzjoni.
Dawn l-isparaturi huma komuni fl-Afrika t’Isfel, fil-fatt għandha fost l-ogħla rati ta’ qtil fid-dinja.
Ritratt: Reuters