Is-sena li għaddiet inxtraw 11,031 ktieb ġdid għal-libreriji pubbliċi madwar il-pajjiż.
Dawn inxtraw b’investiment ta’ €78,120.66.
Dan ħareġ minn tweġiba tal-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali, Owen Bonnici, fi tweġiba għal mistoqsija parlamentari.
Huwa qal li, matul l-2022, kien hemm 19,974 donazzjoni mill-pubbliku u mill-kunsilli lokali.
Intant, fi tweġibiet għal mistoqsijiet parlamentari oħrajn, il-Ministru għall-Edukazzjoni, Clifton Grima, ta dettalji dwar kemm inxtraw jew ingħataw kotba bħala donazzjonijiet f’istituzzjonijiet edukattivi terzjarji.
Fil-librerija tal-Universita ta’ Malta, is-sena li għaddiet inxtraw 1,730 ktieb, waqt li l-istess Università rċiviet 1,249 ktieb bħala donazzjoni.
L-MCAST xtara 168 ktieb u sar investiment fuq 102 e-books, filwaqt li rċieva 77 ktieb bħala donazzjoni.
Is-sena l-oħra, għal-librerija tal-Junior Collge inxtraw 453 ktieb, waqt li ngħatawlha 2,662 ktieb bħala donazzjoni.