Fl-2021, 3,295 peruna rrikkorrew għas-servizzi differenti disponibbli għal dawk li esperjenzaw vjolenza domestika.
Dan ħareġ minn ċifri ppubblikati mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika, l-NSO.
F’dawn iċ-ċifri ħareġ li l-aktar li rrikkorrew għas-servizzi disponibbli għal dawk li esperjenza vjolenza domestika kienu nisa: disgħa u sebgħin fil-mija. L-irġiel li resqu ’l quddiem għal dan is-servizz kienu kważi seba’ mija, jew wieħed u għoxrin fil-mija.
Ħareġ li, fl-elfejn wieħed u għoxrin (2021), l-aktar servizzi li rrikorrew għalihom kienu d-Domestic Violence Unit fi ħdan l-Aġenzija Appoġġ, fejn b’kollox iddaħħlu aktar minn elfejn u erba’ mitt każ, u għand il-Pulizija, fejn kien hemm aktar minn elf u disa’ mitt każ.
F’din l-istatistika ħareġ li aktar minn nofs ta’ dawk li rrikkorrew għal dawn is-servizzi fl-2021 kellhom bejn 30 u 49 sena. Ħareġ ukoll li l-maġġoranza ta’ dawk li resqu ’l quddiem huma Maltin, u jammontaw għal aktar minn 85 fil-mija.