Is-sena l-oħra l-Kummissarji għall-Ġustizzja ppresedew total ta’ elfejn u mitejn u għaxar seduti, li fihom instemgħu mitejn u tlettax-il ef u tmien mija u tletin każ ta’ reati minuri f’oqsma differenti.
Il-qasam tat-traffiku ra l-ogħla numru ta’ każijiet. Għar-reati żgħar bħal meta l-ġenituri ma jibgħatux l-uliedhom l-iskola kien hemm tlett elef u mija u tlieta u tmenin kawża filwaqt li l-qasam tal-iskart tratta elf, mija u sebgħa u għoxrin kawża.
Akkużi ġodda kienu fuq il-Covid-19 fosthom meta persuna tinqabad mingħajr maskra u l-ksur tal-liġi tal-Kwarantina b’elf, sitt mija u sitta u tletin u mija u erbgħa u sittin każ rispettivament.
L-irwol tal-Kummissarji huwa li jisimgħu, jeżaminaw u jiddeċiedu l-każijiet miġjuba quddiemhom mill-Pulizija, mill-kunsill lokali jew minn awtorità oħra kompetenti.
F’dawn il-każijiet minuri, il-prosekutur pubbliku jista’ jagħmel talba bil-miktub lill-Qorti għal sentenza sommarja minflok ma’ jippreżenta kap ta’ akkuża. Jekk wieħed ma jappellax, is-sentenza tidħol fis-seħħ bħala verdett assolut.
Din l-informazzjoni kollha ngħatat waqt li l-Ministru għall-Ġustizzja Edward Zammit Lewis inawgura d-dipartiment il-ġdid tal-Ġustizzja fil-Furjana.
Hawnhekk huwa spjega l-ħidma ta’ dan id-dipartiment u kif din se tissaħħaħ.
Qal kif, “Se jieħu f’idejh proġett tal-UE li jismu ECRIS, li l-kondotti u l-fedini penali mill-Kummissarju tal-Pulizija se jaqgħu taħt dan id-dipartiment biex ikun hemm sharing of intelligence fuq livell Ewropew fuq iċ-ċittadini tal-UE kif ukoll fuq dawk li huma third county nationals. Dan kollu jħarrax il-ġlieda kontra cross-border crimes u kontra l-kriminalità organizzata.”
Ħareġ kif is-sena l-oħra nħatru wieħed u għoxrin Kummissarju tal-Ġustizzja maħtura kien ta’ wieħed u għoxrin, bi ħdax minnhom kienu nisa.