Id-Deputat Prim Ministru u l-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne illum qed fuq il-Mejda tal-Kamra tar-Rappreżentanti r-rapport annwali tal-Awtorità għall-Protezzjoni tal-Embrijun (EPA), għas-sena 2019.
Matul l-2019, l-EPA approvat total ta’ 513 applikazzjoni għal proċeduri varji. Matul l-2019 saru 124 ċiklu sħiħ tal-IVF, 80 f’Mater Dei u 44 fil-qasam privat. Dawn iċ-ċikli wasslu għal 28 tqala, 5 nisa korrew, 5 kellhom wild – sitt trabi, koppja kellhom tewmin. 18-il mara għadhom qed jistennew tarbija.
B’hekk ir-rata ta’ twelid f’pajjiżna (take home baby rate) hi ta’ 18.55%.
Fost il-proċeduri li saru matul l-2019 kien hemm 88 proċedura fejn ġiet ippreservata l-isperma, fosthom ta’ raġel li għaddej mill-proċess biex isir mara. Saru wkoll 173 proċedura – intra uterine inseminations, 117 minnhom f’Mater Dei u 56 fi kliniċi privati. Dawn wasslu għal 8 nisa li ħarġu tqal, 3 minnhom korrew u 5 qed jistennew tarbija.
Fost il-koppji li resqu għal trattamenti tal-IVF, il-problema ta’ infertilità kienet ilha għaddejja bejn tliet xhur u 15-il sena.