F’erba’ snin, bejn l-2014 u l-2017, se inkunu inxtraw total ta’ 24 fire-engine ġdida għall-Protezzjoni Ċivili. Dan qalu l-Ministru Carmelo Abela bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari mid-Deputat Laburista Silvio Schembri.
Ħdax minn dawn il-fire engines, għall-ġar ta’ ilma u tifi ta’ nar domestiku u industrijali kif ukoll USAR Truck se jkunu qed jaslu sal-aħħar tas-sena d-dieħla. Filwaqt li sitt light fire engines bħala fast response f’nar u salvataġġ se jkunu qed jaslu sal-aħħar ta’ Ottubru ta’ din is-sena.
Il-Ministru spjega li fl-2014, inxtraw tliet fire engines second-hand għat-tifi kontra nirien domestiċi mill-Ingilterra kif ukoll fire-engine ġdida għat-tifi ta’ nar rurali. Fl-2016 waslu wkoll tliet fire engines ġodda għat-tifi tan-nar rurali. Barra minn hekk hemm ftehim mad-Dipartiment tal-Finanzi li l-vetturi kollha tad-DPC li jammontaw għal madwar hamsin li jiġu mibdula kollha fuq pjan ta’ ħames snin.