Kienu tmien persuni li tressqu quddiem il-Qorti akkużati b’holdups li saru fis-sena 2016. Tliet persuni minn tmienja tressqu quddiem il-Qorti fuq tlett holdups separati u t-tmienja li huma kienu ta’ sess maskili.
L-etajiet tagħhom ivarjaw bejn it-18-il sena u t-48 sena u minnhom kien hemm tlieta Maltina, wieħed Libjan, tnejn Brittaniki u tnejn Bulgari.
Din l-informazzjoni ħarġet minn mistoqsija parlamentari li saret mid-deputat Anthony Agius Decelis lill-Ministru Carmelo Abelo.