Matul is-sena l-2016 kien hemm 65,512 viżitatur li żaru t-Tempji ta’ Ħal Tarxien bi ħlas. Kien hemm ukoll madwar 600 tifel u tifla mill-iskejjel primarji li żaru dawn it-tempji.
Matul l-istess sena tkomplew ix-xogħlijiet ta’ tisbiħ fis-sit kif ukoll manutenzjoni tax-xogħlijiet li saru bħala parti mill-proġett tal-ERDF. Dan ix-xogħol kien jammonta għal spiża ta’ madwar €72,000.
Din l-informazzjoni ħarġet minn mistoqsija Parlamentari li saret lill-Ministru Owen Bonnici.