Fl-2015 biss, il-Ministeru għall-Edukazzjoni ingaġġa xejn inqas minn 65 practictioner ġdid biex jaħdmu ta’ sapport fl-iskejjel. Dan l-ingaġġ bla preċedent jinkludi ħaddiema li jaħdmu fuq sfidi soċjali u counsellors li jagħtu sapport fuq kull livell lit-tfal. Infatti illum il-ġurnata hemm fi ħdan l-‘Anti-Bullying Service’, guidance teacher għal kull kulleġġ.
Il-Ministru Evarist Bartolo fi stqarrija qal li l-ġlieda kontra l-bullying għadha reali, iżda qed isir progress b’saħħtu u promettenti.
Il-Ministeru, lura f’Ottubru 2014, nieda l- “Addressing Bullying Behaviour in Schools” Policy, biex tiffoka fuq imġieba pożittiva fost it-tfal u żgħażagħ tagħna, u biex tgħin lil dawk li jaħdmu fl-iskejjel jieħdu azzjoni, inkluż li tiġi iffaċjata u diskussa l-problema, u xi jwassal għall-bullying.
Din il-Policy provdiet ukoll makkinarju ta’ rappurtaġġ u ta’ azzjonijiet li jirrisponsabilizzaw kemm lit-tfal, il-ġenituri kif ukoll lill-iskola. Kellha impatt pożittiv biex iktar każijiet jiġu irrapurtati u l-isfida fl-iskejjel tigi iffaċjata fl-apert.
Qegħdin isiru programmi kemm edukattivi u ta’ prevenzjoni mal-istudenti u l-ġenituri li diġà qegħdin iħallu riżultat pożittiv għax kemm il-genituri u l-istudenti qegħdin jistaqsu u jfittxu aktar u aktar għal din l-għajnuna. Ġew ingaġġati ukoll għaxar ħaddiema mill-qasam tal-psikologija biex jingħata servizz iktar wiesa’ lill-istudenti.
Tista’ taqra d-dokument hawn: