Ftit inqas minn 60% tal-Maltin li siefru fl-2014 ibbukkjaw it-titjiriet tagħhom onlajn. Minn statistika ppubblikata mill-Eurostat ħareġ li ftit iżjed minn żewġ terzi (67%) tat-titjiriet li saru minn turisti tal-Unjoni Ewropea kienu bbukkjati onlajn.
Filwaqt li l-Fillandiżi (90%) u l-Olandiżi (81%) kienu l-aktar ċittadini Ewropej li bbukkjaw it-titjiriet tagħhom onlajn, ir-Rumeni (23%) u l-Islovakki (27%) kienu fost l-inqas li għamlu dan.
Mill-banda l-oħra, 48% tat-turisti Maltin ibbukkjaw l-akkomodazzjoni tagħhom onlajn. Il-mejda Ewropea hija dik ta’ 54.8%.