Ingħataw l-aħħar dettalji dwar l-edizzjoni ta’ din is-sena tal-Enemed Malta Motorsport Awards. Dan sar waqt konferenza tal-aħbarijiet li ġiet indirizzata minn Duncan Micallef, President tal-Malta Motorsport Federation u Jonathan Bruno, Segretarju Ġenerali tal-federazzjoni.
Il-premjijiet qed jiġu organizzati fil-Lukanda Intercontinental f’San Ġiljan fis-serata tas-Sibt, 20 ta’ Mejju. Il-federazzjoni tippermetti lill-klabbs affiljati kollha li jirrikonoxxu sewwieq jew uffiċjal. Minbarra dawn ir-ikonoxximenti, il-federazzjoni qed iżżid oħrajn ġodda, prinċipalment għall-aħjar Uffiċjal tal-Motorsport, l-aħjar Marshall, u l-Award tal-President, li jitħalla kompletament fid-diskrezzjoni tal-president tal-federazzjoni. Minbarra l-premjijiet, ser jkun hemm xi ħadd li ismu ser jiżdied fil-Malta Motorsport Hall of Fame.
Għall-okażżjoni Il-federazzjoni stiednet lil Arturo Merzario, eks-sewwieq tal-formula wieħed u Viċi President tal-FIA għall-Isport Manuel Avira Rogers.
Duncan Micallef irringrazzja lill-amministrazzjoni tiegħu u lil Tonio Mizzi għal organizzazjoni ta din is-serata u l-numru ta sponsors.