Fl-10:30 ta’ dalgħodu se jitressaq il-Qorti, il-Malti ta’ 39 sena akkużat li aggredixxa tliet Pulizija.
Il-każ seħħ fil-lejl ta’ bejn il-Ġimgħa u s-Sibt, fl-Għassa tal-Pulizija f’Tas-Sliema.
Dan il-każ ġara meta l-Pulizija kien qed jitkellmu ma’ qarib ta’ din il-persuna b’rabta ma’ rapport ta’ sewqan perikoluż. L-akkużat mar l-għassa kien aggressiv mal-Pulizija.
Huwa fost oħrajn irreżista l-arrest, b’konsegwenza li pulizija sofra ksur f’idejh u ġie ċċertifikat bi grieħi gravi, waqt li żewġ Pulizija oħra sofrew ġrieħi ħfief.
Huwa mistenni jitressaq il-Qorti quddiem il-Maġistrat tal-Għassa Kevan Azzopardi.