Nhar l-1 t’April 2004, Google nieda l-Gmail, servizz ta’ email rivoluzzjonarju bbażat fuq il-web li ttrasforma kif nikkomunikaw onlajn.
Inizjalment dan is-servizz kien introdott bħala wieħed bi stedina biss bl-utenti jingħataw 1GB ta’ memorja, li dak iż-żmien kien ammont sostanzjali u ferm aktar minn dak offrut minn kumpaniji oħra li kienu joffru s-servizz ta’ email.
Din is-sistema innovattiva ppermettiet lill-utenti li jaħżnu ammont sinifikanti ta’ emails li kien jagħmilha aktar faċli li wieħed jimmaniġġja l-korrispondenza mingħajr il-bżonn kontinwu li jħassar l-antiki.
Fatturi ewlenin u uniċi fl-introduzzjoni tal-Gmail kienu jinkludu mod faċli ta’ tfittxija, konverżazzjonijiet li jindammu flimkien u filtrazzjoni tal-ispam. Din il-pjattaforma sempliċi u faċli biex tintuża malajr saret popolari u lejn l-aħħar tas-sena infetħet għall-pubbliku in ġenerali.
B’aktar minn biljun u tmien mitt elf utent madwar id-dinja, Gmail saret fattur importanti kemm fil-komunikazzjonijiet personali kif ukoll dawk professjonali.
Din il-pjattaforma, għalkemm ilha 21 sena, tibqa’ l-pedament tal-għodod l-oħra ta’ Google, u baqet tiġi addattata sabiex tissodisfa l-ħtiġijiet dejjem jinbidlu tal-utenti.