Bħalissa, fil-Bażilika ta’ San Pietru fil-Vatikan, Papa Franġisku qed jikkrea 20 Kardinal ġdid.
Bil-Konċistorju straordinarju tal-lum, il-Kulleġġ tal-Kardinali se jkun jikkonsisti issa minn 226 Kardinal, li 132 minnhom huma Kardinali Eletturi u 94 Kardinal għandhom ‘il fuq minn 80 sena u għalhekk m’għandhomx dritt għall-vot fil-Konklavi.
F’dan il-jum ONE News tkellem mal-Vatikanista u l-Ambaxxatur Malti għas-Santa Sede Frank Zammit li spejga għaliex f’okkażżjonijiet bħal tal-lum tintuża l-kelma ‘jikkrea’ u mhux jaħtar.
Intant, fl-aħħat Konċistorju kien ġie kkreat il-Kardinal Għawdxi Mario Grech.