L-iskejjel u uffiċini li ma jagħmlux xogħol essenzjali f’Katanja se jkunu magħluqin nhar il-Ħamis tmienja u għoxrin u l-Ġimgħa disgħa u għoxrin t’Ottubru minħabba x-xita qalila u maltemp li hemm bħalissa.
Lanqas l-attivitajiet kummerċjali mhu se jsiru tul il-jumejn li ġejjin.
Dan intqal mis-sindku ta’ Katanja, li spjega kif fid-disgħa u erbgħin sena li ilu jgħix f’din il-belt, qatt ma ra fenomenu bħal dak preżenti.