Ilbieraħ filgħaxija ttella’ fl-ispazju l-akbar rocket fid-dinja minn Florida fl-Istati Uniti. Dan ir-rocket tella fl-Univers karozza Tesla Roadster b’passiġġier wieħed, li huwa pupu, bl-isem ta’ STARMAN liebes ilbies proprja li jilbsu l-awstronawti. Flimkien mal-karozza hemm kameras li jiġbdu kull mument tar-rotta lejn Mars.Ir-Rocket ‘Space X’s Falcon Heavy’ għandu seba u għoxrin magna flimkien ma’ tlett boosters li permezz tagħhom inqata’ minn mad-dinja fl-erbgħa neqsin kwart ta’ filgħaxija ħin lokali.
Il-qawwa tiegħu hija ekwivalenti għal tmintax il-jumbo jet flimkien, iżda minkejja din il-qawwa l-operazzjoni kellha tittardja xi ftit minħabba ir-riħ qawwi li kien hemm.
Madankollu ċ-ċapċip u l-għajjat tan-nies li raw dan l-avveniment storiku kien wieħed ta’ sodisfazzjoni li jimarka s-suċċess ta’ din iil-missjoni.