Fin-nofsinhar ta’ Kalifornja ħarġet twissija serja u l-ewwel tat-tip tagħha msejħa “extreme red flag”.
It-twissija ħarġet mis-servizz tat-temp ta’ Los Angeles, u tkopri l-inħawi ta’ Los Angeles, Ventura u San Bernardino.
L-irjiħat mistennija jlaħħqu l-128 kilometru fis-siegħa, u hemm tħassib li jkomplu jifirxu n-nirien li diġà qerdu aktar minn 3,000 tomna ta’ art.
Huma aktar minn 1,100 pumpier li qed jissieltu n-nirien.
Ritratt: EPA