Diversi ski resorts f’Kalifornja kellhom jagħlqu, hekk kif l-istat qed jipprepara għal maltempata qawwija bis-silġ li hija mbassra li se tilħaq ir-reġjun ta’ Sierra Nevada tul dan it-tmiem il-ġimgħa.
Uffiċjali f’Kalifornja u f’Nevada għalqu wkoll diversi toroq, hekk kif huma mistennija jinżlu tliet metri ta’ silġ.
Ir-riħ mistenni jkun b’qawwa ta’ mitejn u ħamsa u għoxrin kilometru fis-siegħa fil-muntanji ta’ Sierra Nevada, fejn diġà niżlu żewġ piedi silġ.
Il-kundizzjonijiet ta’ vjaġġar qed ikunu deskritti bħala “perikolużi ħafna, jew kważi impossibbli”, u hemm anki twissijiet ta’ valangi.