Il-belt Ċiniża ta’ Tianjin se tittestja xejn inqas minn erbatax-il miljun resident matul il-jumejn li ġejjin wara li feġġew għoxrin każ ta’ Covid fil-komunità, li tnejn minnhom huma tal-varjant Omicron.
Ir-residenti ntalbu jibqgħu d-dar sakemm isirilhom it-test u jridu jirriżultaw fin-negattiv biex jużaw it-trasport pubbliku.
Bħalissa ċ-Ċina qed timxi fuq strateġija li ma jkun hemm l-ebda każ ta’ Covid, bil-għan li din il-marda tiġi eradikata kompletament mill-komunità.
B’kuntrast ma’ partijiet oħra fid-dinja, li qed imexxu kampanji ta’ vaċċinazzjoni, iċ-Ċina qed tirrispondi għal numri żgħar ta’ każijiet lokali bl-ittestjar tal-massa u lockdowns stretti.