Stħarriġ tal-Awtorità tax-Xandir għax-xahar ta’ Lulju wera kif ONE News huwa segwit aktar mit-tripplu ta’ NET News.
Il-bullettin tal-aħbarijiet ta’ ONE tas-sebgħa u nofs, mit-Tnejn sal-Ħadd jikseb udjenza totali ta’ 330,112.
Dan filwaqt li l-udjenza totali għal NET News mit-Tnejn sal-Ħadd laħqet biss 103,153, li jfisser 226,959 inqas.
ONE News kien l-aktar segwit f’Lulju, fil-jum tat-Tlieta fejn l-udjenza laħqet 64,453.
Fl-istess jum, l-aħbarijiet ta’ NET News kienu segwiti minn kważi seba’ darbiet inqas mill-aħbarijiet ta’ ONE u rawhom biss 9,278.
Fost oħrajn, programm dwar il-festi Maltin imxandar fuq ONE, il-Ħamis filgħaxija kiseb iżjed udjenza mill-aħbarijiet tan-NET fi tlett ijiem partikolari.
ARA WKOLL:
https://www.one.com.mt/2020/10/08/one-jikseb-udjenza-t-tripplu-tan-net-u-one-radio-kkonfermat-l-aktar-stazzjon-tar-radju-popolari/