L-aħbarijiet ta’ ONE huma segwiti aktar mit-tripplu segwiti minn dawk tan-NET f’jum minnhom.
Dan joħroġ minn studju li sar f’Diċembru u li ppubblikat illum l-Awtorità tax-Xandir.
L-aktar aħbarijiet segwiti fuq it-televiżjoni huma dawk tal-istazzjon nazzjonali segwiti minn dawk ta’ ONE.
Matul ġimgħa sħiħa, ONE News jiġbed udjenza ta’ 470,478 filwaqt li NET News jirreġistra udjenza ta’ 244,090, kważi n-nofs ta’ ONE.
Il-bullettin ta’ ONE News fis-sebgħa u nofs ta’ filgħaxija huwa l-aktar segwit fil-jum tal-Ġimgħa b’udjenza ta’ 82,363.
Fil-jum ta’ qabel jikseb udjenza oħra b’saħħitha ta’ qrib it-tmenin elf.
Intant ONE huwa l-aktar stazzjon privat lokali favorit fil-pajjiż.
Id-drama Division 7 imxandra fuq ONE hija l-iktar programm televiżiv favorit fil-pajjiż.
Fil-fatt din id-drama taqbeż anki l-produzzjoni ta’ Malta’s Got Talent fuq l-istazzjon nazzjonali.
Fuq ir-radju programmi bħal dak ta’ diskussjoni ta’ Sibt il-Punt ta’ Manuel Micallef u ONE Breakfast ta’ Noel Camilleri ġew minn ta’ quddiem fl-aktar programmi popolari fuq ir-radju.
Fil-fatt Sibt il-Punt huwa t-tieni l-aktar programm segwit fuq ir-radijiet u ONE Breakfast huwa r-raba’ l-aktar programm segwit.