“Dan se jkun l-ewwel Jum l-Omm li se nqatta’ mingħajr ibni wara li miet xahrejn ilu.”
Hekk kitbet omm imnikkta bħala kumment fuq Facebook fejn spjegat kif binha ħalla din id-dinja f’żewġ sekondi fl-età ta’ 36 sena kawża ta’ attakk tal-qalb.
Spjegat kif il-weġgħa tagħha hi li ma kienx maġenba meta ħa l-aħħar nifs ta’ ħajtu u li issa, kull Jum l-Omm se tkun qed toħroġ kartolina li binha ta meta kien biss għadu tfajjel sabiex ikun magħha f’dan il-jum.
Hi sostniet li għaliha, Jum l-Omm issa qishu l-ġurnata tad-duluri fejn l-agħar ħaġa li tista’ tiġrilek hi li titlef lill-uliedek fejn appellat lill-ġenituri kollha biex igawdu lil uliedhom.