F’jum l-omm, il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia uża l-figuri tal-omm u l-mara sabiex jattakka lil Gvern.
Il-Ħadd filgħodu, il-Kap Nazzjonalista tkellem dwar punti politiċi, anki jekk il-Gvern ressaq abbozz ta’ liġi bil-għan li sa tmiem il-leġislatura jidħol mekkaniżmu li jżid ir-rappreżentanza tan-nisa fl-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż, il-Parlament.
Delia qal, “L-appell tiegħi lill-politiċi kollha lil hinn mill-punti politiċi li mingħalina ħa nirbħu jekk nippruvaw l-għodod li għandna biex ngħidu isma u “n-nisa fil-politika” qisha xi prerogattiva din ta’ xi partit jew ieħor.”
Intant waqt l-istess konferenza bit-tema ta’ jum l-omm, mill-Partit Nazzjonalista spikkaw l-argumenti foqra u xotti.
Il-President tal-Assoċjazzjoni Pensjonanti u Anzjani Nazzjonalisti, Mario Rizzo Naudi deher li ma kienx imħejji biex jitkellem biswit il-Kap.
“Dan kulħadd b’xi depression jew xi ħaġa.” Qal Rizzo Naudi.
Imbagħad qabadha fuq it-tisjir u qal li n-nisa jridu jaraw x’se jsajru.
Il-President tal-APAN kompla jgħid, “In-nisa jridu jaffettwaw l-oġġettivi l-oħrajn. Fejn naf jien pereżempju ‘Ejja nivvintaw x’se nsajru.'”
Fid-diskussjoni semma wkoll lin-nisa meta ġie biex jitkellem dwar it-tibjid u l-purtieri tad-dar.
Hu qal, “Ikkrea xi ħaġa, fejn naf jien fid-dar jekk inti raġel, il-mara tiegħu tgħidlu isma ‘tgħid inbajdu x’imkien, tgħid nirranġaw xi purtieri?'”
Fl-istess waqt temm jitkellem kemm għandhom jitfgħu zokkor u kemm jixorbu kafè ħalli ma jitlalhomx San Filep.
“Ovjament kif jgħidu tieħdux ħafna zokkor u ħafna kafè għax issiru nervużi.” Temm jgħid Rizzo Naudi.