F’kitba fuq il-midja soċjali, il-Prim Ministru Robert Abela qal kif Jum l-Ewropa għandu jkun opportunità sabiex niftakru f’dak li ħolmu u ħadmu missierijitna – il-paċi u l-għaqda fl-Ewropa.
“Iżda din il-ħolma tinsab mgħedda b’dak li qiegħed jiġri fl-Ukrajna,” żied jgħid il-Prim Ministru.
Dr Abela saħaq li Ewropa għandha tibqa’ magħquda sabiex iġġib mill-ġdid il-paċi fl-Ukrajna.
Il-Prim Ministru saħaq kif is-saħħa tal-Ewropa hja l-għaqda u s-solidarjetà.
Il-Prim Ministru Malti qal dan f’Jum l-Ewropa, li jkun iċċelebrat fid-9 ta’ Mejju.
F’dan il-jum fl-1950, l-eks Ministru għall-Affarijiet Barranin Franċiż Robert Schuman iffirma dikjarazzjoni flimkien mal-Ġermanja, li permezz tagħha ġiet iffurmata dik li llum hija magħrufa l-Unjoni Ewropea.
Intant, f’kitba oħra l-President tal-Kummissjoni Ewropea Ursula von der Leyen qalet li lejliet dan il-jum il-binja tal-Kummissjoni nxtegħlet bil-kuluri tal-bandiera Ukrena.
Hawnhekk hija saħqet fuq il-paċi li għandu jirritorna fl-Ewropa.