F’Jum l-Ewropa li jkun iċċelebrat bħal-lum, fid-9 ta’ Mejju, il-Prim Ministru Robert Abela appella għall-paċi, biex l-Ewropa jkollha futur aħjar.
Dr Abela għadda dan il-messaġġ fuq il-midja soċjali, fejn innota wkoll kif pajjiżna din is-sena qed ifakkar l-20 sena mindu Malta saret membru sħiħ tal-Unjoni Ewropea.
Hawnhekk Dr Abela sostna li, f’din is-sena, għandna nirriflettu dan il-vjaġġ favur il-prosperità u l-għaqda.
Europe Day 🇪🇺
— Robert Abela (@RobertAbela_MT) May 9, 2024
Celebrating 20 years as members, let's reflect on our journey towards prosperity and unity, while envisioning a brighter peaceful future for 🇲🇹 and all Europeans. #EuropeDay #Peace