F’Jum il-Milied, rapreżentanti mis-sebgħa u għoxrin stat membru inkluż minn Malta ltaqgħu fi Brussell sabiex jiġu aġġornati u jingħataw aktar dettalji dwar il-ftehim storiku ta’ kummerċ wara Brexit, li ntlaħaq bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju Unit il-Ħamis wara nofshinar.
Kien in-Negozjatur Ewlieni tal-Unjoni Ewrope Michel Barnier li mexxa dan l-aġġornament dwar il-ftehim li ra xhur sħaħ ta’ negozjati u nuqqas ta’ qbil, partikolarment fuq is-sajd u l-kummerċ.
Issa jmiss li fit-tletin ta’ Diċembru li ġej il-Membri Parlamentari Ingliżi jivvutaw dwar dan, bir-Renju Unit mistenn jneħħi l-liġijiet ta’ kummerċ li kienet timponi fuqu l-Unjoni Ewropea fl-aħħar ta’ din is-sena.