Minn tal-inqas persuna mietet fi splużjoni fi blokka ta’ appartamenti f’Jersey, filwaqt li 12-il persuna għadhom irrapportati neqsin u żewġ persuni jinsabu rikoverati l-isptar.
L-isplużjoni seħħet għall-ħabta tal-erbgħa ta’ filgħodu.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Il-bini ta’ tliet sulari ġġarraf kompletament. In-nirien ikkawżati mill-isplużjoni ntfew, iżda, bħalissa għaddejja operazzjoni mill-ħaddiema tal-emerġenza. Il-pulizija qalet li t-tfittxija u s-salvataġġ mistennija jieħdu numru ta’ jiem.