Ir-raħal ta’ Santa Luċija f’Għawdex ġie mixgħul b’eluf ta’ fjakkoli fi tradizzjoni li rat il-bidu tagħha tletin sena ilu.
L-attività tal-fjakkolata, li tiġi organizzata min-nies tal-lokal, hija parti minn numru ta’ attivitajiet li jsiru f’Ottubru bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet u adorazzjoni għall-festa tal-Madonna ta’ Fatima.
L-eluf ta’ fjakkoli sebħu l-faċċata tal-għolja ta’ Għar Ilma, li f’filmati meħuda mill-ajru jidher it-tnemnim tan-nar ikebbes, li jagħti dehra ferm sabiħa, bħal donnu fir-raħal pittoresk ta’ Santa Luċija niżlu l-kwiekeb mis-sema.
Din is-sena l-fjakkolata mxiet b’ġimgħa minħabba l-maltemp u għalhekk saret ilbieraħ minflok il-Ħadd ta’ qabel.
Ritratt u filmat: Joseph Mercieca