Waqt laqgħa mal-Kunsill għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali (l-MCESD) bi tħejjija għall-budget tas-sena d-dieħla, is-Segretarju Parlamentari Andy Ellul qal, li minkejja li bħalissa d-dinja hija għaddejja minn diversi sfidi, bħala Gvern ser jibqa’ jgħin permezz ta’ diversi miżuri sabiex ikompli jigarantixxi l-impjiegi għall-Maltin u l-Għawdxin. Fid-diskors tiegħu s-Segretarju Parlamentari qal ukoll li l-Gvern irid jibqa’ jkompli jimraħ f’niċċeċċ ġodda, bħal ma diġà qed isir fit-turiżmu, fl-industrija tal-films u l-avjazzjoni fost l-oħrajn, dan sabiex ikompli jkabbar l-ekonomija Maltija.
Is-Segretarju Parlamentari Ellul saħaq li laqgħa bħal dik tal-lum hija importanti għaliex għalkemm l-Imsieħba Soċjali qed iwasslu l-proposti settorjali taghħom, fl-aħħar mill-aħħar is-soċjetà ser tkun qed tibbenefika minnhom b’mod ħolistiku. Fir-rigward tal-operat tal-MCESD. is-Segretarju Parlamentari qal li fix-xhur li ġejjin ser tiskatta diskussjoni mal-imsieħba soċjali sabiex tigi imwettqa wegħda elettorali oħra, dik li l-MCESD jinbidel f’awtorità u b’hekk ikompli jissaħħaħ.