L-aġenzija internazzjonali ta’ kreditu Fitch Ratings naqqset ir-rating mogħti tal-Istati Uniti tal-Amerka minn triple A (AAA) għal double A plus.
Fitch innotat li dan it-tnaqqis ġie minħabba dak li ddeskrivietu bħala deterjorazzjoni kontinwa fil-governanza fl-aħħar għoxrin sena.
Dan filwaqt li l-Segretarju għat-Teżor Amerikan, Janet Yellen, li hi ekwivalenti għal Ministru tal-Finanzi stqarret li dan it-tnaqqis fir-rating huwa wieħed arbitrarju u bbażat fuq dejta li m’għadhiex valida li tmur lura għal bejn 2018 u l-2020.
Ir-rating mogħti minn dawn l-aġenziji jagħti indikazzjoni lill-investituri kemm hu riskjuż li ssellef lil gvern partikolari. Storikament l-Istati Uniti dejjem kien meqjus wieħed mill-aktar gvernijiet stabbli minħabba l-istabbilità u l-daqs tal-ekonomija.