L-Aġenzija ta’ kreditu internazzjonali Fitch reġgħet ikkonfermat ir-rating ta’ A+ bi tbassir stabbli għal Malta.
Dan filwaqt li pajjiżi bħas-Slovakkja, li s-sena l-oħra ngħataw A+ u pajjiżi kbar bħar-Renju Unit, Franza u l-Italja, tnaqqsilhom ir-rating jew ingħataw prospett negattiv.
L-esperti ta’ Fitch, li huma magħrufa li ma jħarsu lejn wiċċ ħadd kkonfermaw li huma qed jistennew li s-sena d-dieħla l-ekonomija Maltija se tkompli tikber iktar minn dak previst.
Fil-fatt jgħidu li għas-sena d-dieħla qed jistmgħu tkabbir ta’ 6% wara li l-istima oriġinali kienet ta’ 3.9%.
“We anticipate that the economic recovery will be further shifted towards 2022, for which we have raised our growth expectation to 6.0% (from 3.9% previously).”
Saħansitra jsemmu li t-tkabbir tal-prodott domestiku gross, jiġifieri l-ekonomija, għal din is-sena għandu jlaħħaq 4.7%, ferm aktar minn dak stmat mill-programm ta’ stabilità għal Malta, li joħroġ mill-Ministeru għall-Finanzi.
“Our growth forecast of 4.7% is more optimistic than the 3.8% forecast presented in Malta’s Stability Programme.”
Ir-rapport dettaljat ta’ Fitch fuq il-qagħda ekonomika Maltija jinnota l-programm b’saħħtu ta’ tilqim ta’ pajjiżna u jirrimarka kif Malta kienet l-ewwel pajjiż fl-Unjoni Ewropea li laħqet l-immunità għall-virus tal-Covid-19, wara li aktar minn 70% tal-popolazzjoni hi mlaqqma.
“Malta has been a frontrunner in terms of vaccination distribution, becoming the first EU country to achieve the 70% vaccination threshold for “herd immunity” on 24 May.”
Fitch, aġenzija internazzjonali ta’ kreditu rispettat tinnota wkoll l-għajnuna li ta l-Gvern, b’pakketti ta’ stimulu finanzjarju.
Fil-fatt jingħad li l-miżuri tal-Gvern salvaw l-impjiegi waqt pandemija u jissemmew għad ta’ miżuri fiskali oħra fosthom diferiment tat-taxxi li għenu biex in-negozji jkollhom il-likwidità.
“The government implemented a comprehensive fiscal stimulus package to safeguard employment and growth, including 5% of GDP in direct fiscal measures and an additional 1.5% in tax deferrals.”
Apparti minn hekk, Fitch tgħid li s-settur tax-xogħol wera reżiljenza liema bħalha u kien hemm saħansitra żieda fl-impjiegi waqt pandemija globali.
“In addition, Malta’s labour market remained remarkably resilient, with an increase in employment.”
L-ekonomisti ta’ Fitch isemmu wkoll id-daqqa li ħa s-settur turistiku minħabba l-imxija iżda jsemmi wkoll setturi oħra li rrappurtaw tkabbir, fosthom is-settur finanzjarju u dak tal-informatika.
“Malta’s tourism sector has been severely affected by the pandemic, but other sectors, including the IT, financial services and construction sectors have reported continued strong growth rates.”
Fuq il-qagħda fiskali tal-pajjiż, Fitch issostni li minkejja żieda fid-dejn, dan xorta se jibqa’ taħt dak li kien hemm fl-2011, fi żmien ta’ kriżi ferm iżgħar minn dik li laqtet lid-dinja mis-sena l-oħra.
“Despite the increase, debt will remain almost 5pp below the 2011 peak of 69.3% of GDP, illustrating Malta’s strong fiscal track record.”
Fi stqarrija l-Gvern hawnhekk innota li filwaqt li l-Oppożizzjoni ssostni li l-Gvern qed iberbaq il-flus u s-sitwazzjoni fiskali mhix sostenibbli, l-esperti ta’ Fitch ibassru li d-defiċit din is-sena ser ikun anqas milli qed ibassar il-gvern u li l-piż tad-dejn nazzjonali ser jibqa’ taħt 65% tal-ġid nazzjonali.
L-ekonomisti nnutaw ukoll kif Malta għaddiet mit-test tal-Moneyval u kif pajjiżna għamel progress qawwi fit-tisħiħ tal-istituzzjonijiet u l-governanza.
“The authorities have made progress in addressing the significant deficiencies in the anti-money laundering and funding of terrorism framework. In May, Moneyval announced that Malta is now ranked largely compliant or compliant on all initial 40 recommendations to prevent money-laundering and strengthen financial supervision.”
Intant, fi tweet, il-Prim Ministru Robert Abela nnota dan ir-rapport ieħor pożittiv xprunat fuq il-proċess mgħaġġel ta’ vaċċnazzjoni, pakkett ta’ stimulu ekonomiku b’saħħtu u riformi istituzzjonali b’saħħithom.
Dan filwaqt li l-Gvern saħaq li dan iċ-ċertifikat pożittiv lil pajjiżna mill-aġenzija internazzjonali Fitch Ratings huwa konferma oħra tal-għaqal li bih tmexxew l-ekonomija u l-finanzi pubbliċi f’dan iż-żmien ta’ sfida.