L-oppożizzjoni fit-Tuneżija qed tgħid lill-President Kais Saied biex jirriżenja wara dak li qed jiġi msejjaħ fjask hekk kif inqas minn 9 fil-mija tal-persuni eliġġibli li jivvutaw, ħadu sehem fl-elezzjonijiet parlamentari.
L-oppożizzjoni qed takkuża lil Saied li farrak il-progress demokratiku li beda fl-elfejn u ħdax.
Huwa ċaħad dawn l-akkużi.
Wara li keċċa lill-Prim Ministru u ssosspenda lill-parlament fl-2021, issa Saied irid kostituzzjoni li titmexxa minnu biss. Huwa qed jgħid li dawn id-deċiżjonijiet kienu għaqlin għall-pajjiż biex jinkiser iċ-ċiklu ta’ korruzzjoni u kwistjonijiet ewlenin oħra li jxekklu l-iżvilupp tal-pajjiż.