Fit-tielet kwart ta’ din is-sena x-xogħol f’pajjiżna żdied b’4.5%.
Dan meta mqabbel mal-istess perjodu s-sena l-oħra.
Fi statistika li ħareġ l-uffiċċju nazzjonali tal-istatistika intqal li bejn Lulju u Settembru li għadda aktar minn kwart ta’ miljun ruħ (255,297) kienu jaħdmu f’Malta.
In-numru tan-nies qiegħda f’pajjiżna kien kważi tnejn 2.1%.
Fuq kull 100 persuna li jgħoddu bejn il-15 u l-64 sena, tliet kwarti tan-nies kellhom xogħol.
83.2% ta’ dawn il-persuni jaħdmu kienu rġiel.
Dan filwaqt li r-rata tan-nisa impjegati kienet ta’ 63.4%.
L-akbar rata tan-nies jaħdmu kienet irreġisratat fil-kategorija tal-età, ta’ bejn il-25 u l-34 sena.
Ftit aktar minn 220,000 persuna li kienu jaħdmu fit-tielet kwart ta’ din is-sena kienu jaħdmu full-time.
Dan filwaqt li 15.9% jaħdmu għal rashom.
Intant l-NSO spjega wkoll 30.9% tal-persuni li jaħdmu għandhom edukazzjoni f’livell terzjarju.