Ġewwa Bangkok, fit-Tajlandja, il-partiti fl-oppożizzjoni se jiffurmaw koalizzjoni, sabiex jipprevjenu lill-militar milli jibqa’ fil-poter.
Dan tħabbar mill-mexxej tal-Partit ‘Move Forward’, li rebaħ l-akbar ammont ta’ siġġijiet fl-elezzjoni li saret nhar il-Ħadd. Huwa qal li seba’ partiti oħra ingħaqdu miegħu b’koalizzjoni.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Il-membri fil-partit, mistennija jiffirmaw memorandum of understanding.
Din il-koalizzjoni teħtieġ li tikseb tliet mija u sitta u sebgħin siġġu fil-Parlament Tajlandiż, sabiex jiġi elett Prim Minisru u jifforma l-Gvern.