Fl-Istanbul, diversi attivisti Torok injoraw projbizzjoni kontra l-marċ annwali tal-gay pride.
Dan wara li x-xahar l-għadda, l-elezzjoni Torka, kienet ikkaratterizzata minn kampanja omofobiċi, mimlijin mibgħeda.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Il-komunità LGBTQ fit-Turkija tinsab taħt pressjoni, hekk kif il-President Konservattiv Erdogan, rebaħ l-elezzjoni, u se jservi mandat sa ħames snin oħra.
Erdogan akkuża lill-oppożizzjoni Torka li hija favur il-komunità LGBTIQ+ kemm qabel u anke wara l-elezzjoni, waqt li wiegħed li din il-komunità qatt mhi se tidħol fil-partit tiegħu, b’għeruq iżlamiċi.