Aktar minn tmenin elf ruħ niżlu fit-toroq Tel Aviv sabiex jipprotestaw kontra pjanijiet tal-koalizzjoni fil-Gvern biex tonqos l-awtonomija u s-saħħa tal-ġudikatura f’Israel.
Ir-riforma li qed tipproponi l-koalizzjoni se tkun qed tagħmilha aktar faċli biex il-Parlament, fost l-oħrajn, ibiddel sentenzi mogħtija mill-Qorti Suprema.
Dawk li kkonkorrew għall-protesta ddeskrivew lill-Prim Ministru attwali, Benjamin Netanyahu, li r-riforma mressqa minnu hija attak fuq id-demokrazija fil-pajjiż.
Netanyahu jinsab fit-tmun ta’ koalizzjoni politika, li qed tara l-aktar Gvern reliġjuż u konservattiv fl-istorja ta’ Israel.
Il-protesti saru ukoll quddiem ir-residenza tal-Prim Ministru f’Ġerusalemm u fil-belt ta’ Haifa, skont rapporti fil-midja lokali.